Dari
PERFORMING ARTISTS
The Travellers
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Andrew Vella
Songwriter
Lirik
Stenbaħt f’nofsinhar
X’ġara ma niftakarx
Kolazzjon jiena żgur ma niħux.
Qomt ftit hekk, konfuż,
Birra mas-sebħ tal-jum,
Il-vista bdiet tiċċara ftit,
Insaqsi, ‘din min hi?’
Kif ftaħt il-midja soċjali,
Memorja abbandunatni
‘likes’, kummenti ta’ nies li qatt ma rajt.
Inħares madwari,
Le din żgur mhux kamarti
Xi ħadd sejjaħli,
Dan il-leħen qatt ma smajt!
Ħu paċenzja fakkarni ftit,
Il-ħwejjeġ tiegħi ma nistax insib.
Kif qiegħed hawn ser nistaqsik,
Fakkarni x’jismek waħda, tridx?
Żaqqi balla dardir,
Memorji kollha mċajprin,
Fliexken vojta kullimkien
U għadni ma nafx int min int!
Għidli x’ġara mal-ħin
Ritratti ta’ ma nafx min,
Spjegali ftit!
Għalfejn ħassejt dan l-uġigħ?
Bħal xejn dħalt ġo balla inkwiet?
U fi x’ħin tlaqna lejn id-dar?
X’ġara lbieraħ jien ma niftakarx!
Written by: Andrew Vella