制作

出演艺人
Djun
Djun
表演者
作曲和作词
Charles Cassar
Charles Cassar
词曲作者
Justin Galea
Justin Galea
词曲作者
Paul Torpiano
Paul Torpiano
词曲作者
Ryen Refalo
Ryen Refalo
词曲作者
Joseph Camilleri
Joseph Camilleri
词曲作者

歌词

Ma nafx x'qegħdin nagħmlu hawnhekk
Int bid-dublett jiena bil-ġlekk
Il-ġranet kollha li għaddew
It-tfal li konna issa ntfew
Fid-dinja xejn mhu perfett
Daħlilna l-ilma mis-suffett
Inħares lejk biex ma ninsiex
Dak li aħna u li ma jeħdulniex
Għand ommok tlajna fuq il-bejt
Xofftejja missew ma' xofftejk
'Il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt
U fi mħabbtek inħbejt
Kultant ma tantx ileqq id-deheb
Kultant tkun tridu ftit maltemp
Kulħadd jitbissem għar-ritratt
Irrid nitriegħed f'dan ir-ragħad
Wara x-xogħol dejjem nidħol tard
Inti tkun ilek li rqadt
Nidħol fis-sodda nkiss inkiss
Imqar dil-ħolma ma nkissirx
Għand ommok tlajna fuq il-bejt
Xofftejja missew ma' xofftejk
'Il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt
U fi mħabbtek inħbejt
Inħossni mitluf
Inġebbed it-truf
Ta' snin misruqin
Minn jiem ħallelin
Għallimni min jien
Nintilfu flimkien
Missejtlek ħaddejk
Fi mħabbtek inħbejt
Written by: Charles Cassar, Joseph Camilleri, Justin Galea, Paul Torpiano, Ryen Refalo
instagramSharePathic_arrow_out

Loading...